San ġużepp Saint joseph

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali għal SAN ĠUŻEPP (barra dawk li jidhru taħt ĠUŻEPPI). L-ewwel wieħed għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal QADDIS b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 1 mgħawweġ u ddur mar-ras biex tindika awreola ta’ qaddis. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal BASTUN. Id waħda tieħu l-forma ta’ ponn li jifforma linja żgħira kkurvata li tibqa’ nieżla dritta ’l isfel. It-tieni sinjal ukoll għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal BAFFI. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluqa imma bis-saba’ l-kbir imniżżel taħt il-pala. L-id tinżel mill-geddum ’l isfel. (ii) Imbagħad issir it-tieni parti tal-ewwel sinjal, dik għal BASTUN.

There are two signs for SAINT JOSEPH (apart from those appearing under JOSEPH). The first has two parts. (i) First, the sign for SAINT is made with one hand in the shape of crooked 1 that rotates around the head indicating the saint’s halo. (ii) Then the sign for WALKING STICK is made. One hand takes the shape of a fist that forms a curved line and then continues straight downwards. The second sign also has two parts. (i) First, the sign for BEARD is made. One hand takes the shape of closed 5 but with the thumb bent under the palm. The hand moves from the chin downwards. (ii) Then the second part of the first sign, the part for WALKING STICK is made.